Bażi Legali

L-Artiklu 1 tar-Regolament ta’ Twaqqif tal-EMSA jsostni li l-għan tal-Aġenzija huwa li tiżgura livell għoli, uniformi u effettiv ta’ sikurezza marittima, sigurtà marittima, prevenzjoni ta’, u rispons għat-tniġġis ikkawżat minn bastimenti kif ukoll rispons għal tniġġis marin ikkawżat minn stallazzjonijiet taż-żejt u tal-gass u, fejn ikun xieraq, li tikkontribwixxi għall-effiċjenza ġenerali tat-traffiku marittimu u t-trasport marittimu sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif ta’ Spazju tat-Trasport Marittimu Ewropew mingħajr Fruntieri.

Missjoni

Il-missjoni tal-EMSA hija li taqdi l-interessi marittimi tal-UE għal settur marittimu sikur, sigur, ekoloġiku u kompetittiv u taġixxi bħala punt ta’ referenza affidabbli u rispettat fis-settur marittimu fl-Ewropa u fid-dinja kollha.

L-EMSA tikkapitalizza mill-għarfien uniku tagħha biex tippożizzjona ruħha bħala attur essenzjali fil-cluster marittimu fl-Ewropa u lil hinn.

L-EMSA taħdem fuq kwistjonijiet u kompiti dwar is-sikurezza marittima, is-sigurtà, il-klima, l-ambjent u s-suq uniku, l-ewwel bħala fornitur ta’ servizzi għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni, iżda wkoll bħala sieħeb innovattiv u affidabbli u ċentru ta’ għarfien għall-cluster marittimu Ewropew u, potenzjalment lil hinn, bħala punt ta’ referenza internazzjonalment.

Viżjoni

Il-viżjoni tal-EMSA hija li tkun ċentru ta’ eċċellenza għal settur marittimu tal-UE sikur u sostenibbli.

Valuri

Kwalità, kredibbiltà, effiċjenza, effettività, trasparenza, flessibbiltà, u l-intelliġenza u l-bilanċ bejn bilanc bejn is-sessi.

staff 2020

More Info